L-aggressur ta’ Pariġi ħalla dokumenti fil-karozza…aktarx li kien Iżlamist radikali – One News

L-aggressur ta’ Pariġi ħalla dokumenti fil-karozza…aktarx li kien Iżlamist radikali

L-agressur li nqatel b’tiri lbieraħ filgħaxija f’Pariġi kien indentifikat minn karti li ħalla fil-karozza, iżda l-awtoritajiet Franċiżi għadhom ma ħarġux ismu. Kellu 39 sena u kien jgħix fil-periferiji ta’ Pariġi, u kien meqjus li għandu potenzjal ta’ Iżlamist radikali. Huwa qatel Pulizija u darab tnejn oħra, qabel inqatel hu minn forzi tas-sigurtà f’Champs-Elysees.

Il-President François Hollande mistenni mistenni jindirizza laqgħa tal-Kabinett dwar is-sigurtà, qabel nhar il-Ħadd issir elezzjoni Presidenzjali.

Fir-ritratt jidhru nies  b’idejhom ‘l fuq mixjin lejn il-forzi tas-sigurtà wara li seħħ l-isparar. Huma inzertaw fuq il-post waqt l-isparar tard filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend