Żewġ nisa l-isptar wara ħabta f’Ħaż-Żabbar – One News

Żewġ nisa l-isptar wara ħabta f’Ħaż-Żabbar

Għall-ħabta tas-12.40, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq Hompesch, Haż Żabbar.

Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija, jidher li sar impatt bejn vettura Ford Escort misjuqa min raġel ta’ 65 sena residenti l-Fgura u Hyundai Getz misjuqa minn mara ta’ 37 sena residenti x-Xgħajra.

Fil-vettura Hyundai kien hemm ukoll passiġġier mara ta’ 69 sena residenti ix-Xgħajra. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ nisa l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika.

Il-mara ta’ 37 sena sofriet feriti ħfif filwaqt li l-mara ta’ 69 sena sofriet feriti gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend