Kien imiss li l-PL jiltaqa’ mal-Kamra tal-Kummerċ – One News

Notifiki

Kien imiss li l-PL jiltaqa’ mal-Kamra tal-Kummerċ

L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista kellha laqgħa mal-kamra tal-kummerċ bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat li l-amministrazzjoni qed tagħmel mal-imsieħba soċjali ewlenin tal-pajjiż.

Id-deputat mexxej għall-affarijiet tal-Partit Laburista, Chris Cardona, qal li l-kamra tal-kummerċ għandha sehem importanti biex il-Gvern jaddotta politika relevanti.
Din il-laqgħa saret wara li lbieraħ l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista kellha laqgħa mal-assoċjazzjoni Maltija għal-lukandiera u restoranti li matula Cardona spjega li l-Partit Laburista qiegħed jisma’ l-proposti tad-diversi msieħba soċjali, biex fuq il-proposti tagħhom ikun jista’ jibni manifest elettorali b’saħħtu għall-elezzjoni li jmiss. Manifest kreattiv u innovattiv, imma anke realistiku li jkompli jibni fuq dak tal-2013, li minnu tlesta madwar 90%.
Min-naħa tiegħu, l-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Frank Farrugia, li riċentament ħa t-tmexxija tal-Kamra tal-Kummerċ f’idejh, saħaq fuq l-importanza li l-pajjiż ikollu bilanċ soċjo-ekonomiku ekwu. Appella ukoll biex il-partiti politiċi jżommu saqajhom mal-art fil-manifesti elettorali tagħhom biex it-tkabbir ekonomiku u l-ekonomija soda ta’ pajjiżna tkompli tissaħħaħ u tiġi salvagwardjata.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend