“Il-ħidma tiegħi se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin” – One News

Notifiki

“Il-ħidma tiegħi se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”

 “Wara li ċħadt l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna u tlabt lill-Avukati tiegħi sabiex jinstema’ libell b’urġenza tajt ukoll struzzjonijiet lill-Avukati tiegħi biex ikellmu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tibda inkjesta bil-Maġistrat Inkwerenti. Il-ħidma tiegħi wara llejla se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq ONE lbieraħ filgħaxija.

Il-Mexxej Laburista rringrazzja lil mijiet ta’ persuni li urew solidarjetà ġenwina miegħu u l-familja tiegħu, solidarjetà li ġiet across the board, min-nies bit-twemmin politiku differenti. Jekk illejla kelli xi rimors wara din l-akbar gidba fl-istorja politika, gidba faħxija, meta tara l-messaġġi li waslu terġa’ mill-ewwel tinsa r-rimorsi, sostna l-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru qal li huwa tant m’għandux x’jaħbi li qed imur għal Maġistrat, li mhux jagħżlu hu, iżda Maġistrat tal-Għassa, li jkun imissu fuq ix-schedule, li se jinvestiga dak li għandu jinvestiga.

“Jien u marti se nibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħna, għalkemm imdejjqin, aħna sodi u se nibqgħu għaddejjin ‘il quddiem” stqarr Dr Muscat.

Filwaqt li sostna li jiddispjaċih għall-familja tiegħu li tinsab taħt attakk sempliċiment għax huwa l-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista huwa saħaq li llum se jkun għall-Konferenza Ġenerali Annwali u nhar it-Tnejn għall-Mass Meeting tal-1 ta’ Mejju fil-Belt Valletta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend