Tliet persuni mejta wara sparatura f’Kalifornja – One News

Tliet persuni mejta wara sparatura f’Kalifornja

Fl-istat ta’ Kalifornja tliet persuni nqatlu waqt sparatura li saret minn raġel ta’ karnaġġjon skur.

Hu mifhum li Kori Ali Muhammad irnexxielu jispara sittax-il tir f’temp ta’ minuta u nofs u qatel dawn il-persuni filwaqt li darab persuna oħra.

Rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali sostnew li hu u jiġi arrestat ftit tal-ħin wara, Muhammad instema’ jgħajjat “Allah hu Akbar” iżda kelliem għall-pulizija sostna li ma jidhirx li l-attakk kien marbut ma’ terroriżmu.

Muhammad kien anki mfittex fuq il-qtil ta’ uffiċjal tas-sigurtà li seħħ il-ġimgħa li għaddiet.

Il-pulizija ta’ Kalifornja sostniet li r-raġel kien diġa indika fuq il-midja soċjali li għandu mibgħeda lejn persuni ta’ razza bajda u esprima sentimenti kontra l-Gvern Amerikan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend