Tista’ tinzerta ammont kbir ta’ Pulizija fit-toroq f’dawn l-iljieli… – One News

Tista’ tinzerta ammont kbir ta’ Pulizija fit-toroq f’dawn l-iljieli…

Numru ta’ qarreja kitbulna jgħidulna li qed jinzertaw preżenza ta’ Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fit-toroq. Uħud għaddewlna ritratti għax ħasbu li ġara xi ħaġa maġġuri.

Fil-verità dak li qed jiġri huwa tassew pass maġġuri favur infrastruttura aħjar f’pajjiżna. Bejn illum u t-23 t’April se jinġarru struttura tal-ħadid li jagħmlu parti mill-proġett tal-Kappara.

Il-ġimgħa li għaddiet irrapportajna li waslu sittax-il struttura tal-ħadid imsejħa girders.

F’dawn l-aħħar xhur, kumpanija fi Spanja ħadmet it-travi tal-ħadid li ser ikunu parti mill-qiegħ tal-pont.  Tmint itravi għal kull direzzjoni ser jitqiegħdu fuq il-kolonni tul il-flyover.  L-itwal travu huwa twil mat-30 metru.

Il-kumpanija Spanjola li ħadmet it-travi bgħatithom bil-baħar minn La Coruña fi Spanja għal Malta.  Dawn it-travi tal-ħadid waslu fejn qabel kienet is-Ship Building u trejlers kbar se jġorruhom għall-Kappara.

Il-kobor tagħhom hija sfida u għalhekk Transport Malta fasslet pjan ta’ rotta li kien ipprovat qabel.

F’dawn l-iljieli t-trejlers jitilqu mill-Marsa u jgħaddu minn Triq il-Labour, Triq Aldo Moro, mill-bypass tal-Marsa-Ħamrun, Triq Reġjonali u Triq Mikiel Anton Vassalli.

It-trejler ser isuq fuq il-karreġġjata tal-lemin tat-triq għax huwa iktar faċli biex jimmanuvra b’dak il-kobor.  It-triq ser tkun magħluqa f’partijiet biex is-sewwieqa jgħaddu minn toroq alternattivi bl-inqas inkonvenjent.

Meta jaslu t-travi għall-proġett, it-trejlers ser iġorru minn travu sa tnejn kull lejl.  Ħaddiema mill-kumpanija Spanjola li bniethom se jiwweldjaw it-travi fuq il-post mill-ewwel.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend