Rebħu l-flus u ma jafux! Jista’ jkun biljett minnhom tiegħek? – One News

Notifiki

Rebħu l-flus u ma jafux! Jista’ jkun biljett minnhom tiegħek?

Maltco Lotteries ħabbru li numru ta’ premijiet, fosthom li ntrebħu fi Frar li għadda, għadhom ma ġewx miġbura. Maltco ħeġġet lil min għandu biljetti rebbieħa biex imur bil-biljett oriġinali malajr kemm jista’ jkun.

L-aktar urġenti huma żewġ biljett tas-Super 5 li telgħu nhar it-22 ta’ Frar u li ħadd ma mar għalihom…dawn għandhom valur ta’ €6418.52.

Jekk wieħed minn dawn il-biljetti tiegħek, għandek żmien sal-24 ta’ April biex tiġbor il-flus. Il-biljetti nxtraw mill-Msida u l-Mqabba.

Hemm ukoll biljett tal-Quick Keni li nxtara mill-Msida, u li minkejja li ntrebaħ, ħadd ma mar għall-flus.

Flus li ma nġabrux imorru għall-Fond tal-Kawżi Ġusti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend