Passi kontra l-klieb il-baħar wara l-mewt ta’ din it-tfajla…ara kif ġabulha s-surf board! – One News

Passi kontra l-klieb il-baħar wara l-mewt ta’ din it-tfajla…ara kif ġabulha s-surf board!

Il-Gvern Awstraljan se jikkonsidra l-proposti kollha biex iwaqqaf attaki ta’ klieb il-baħar. Dan wara attakk fuq tfajla ta’ 17 il-sena, Laeticia Brouwer. Din tal-aħħar sfat attakkati tant li tilfet ħajjitha, meta kienet surfing fil-punent tal-Awstralja.  Dan kien it-tielet attakk fatali f’temp ta’ sena fl-Awstralja.

Il-Ministru responsabbli mill-ambjent Josh Frydenberg qal li qed jaħsbu li jnaqqsu l-popolazzjoni tal-klieb il-baħar jew inkella jintroduċu miżuri li permezz tagħgom jinqabdu  u ma jitħallewx jersqu lejn ix-xatt.

Din hija s-surfboard li Laeticia kienet fuqha meta sfat attakkata għall-mewt quddiem ommha u ħutha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend