Il-PM jiċħad qlajjiet u jappella għall-kalma – One News

Notifiki

Il-PM jiċħad qlajjiet u jappella għall-kalma

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad qlajjiet li beda jdawwar il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem u tenna li la hu u lanqas ħadd mill-familja tiegħu m’għandhom kontijiet sigrieti barra minn Malta. Però appella li quddiem dawn il-qlajjiet wieħed għandu jżomm il-kalma.

“Għamilt żball li ħallejt min jipprova jivvinta qlajjiet u domt wisq ma ċħadthom. Bdew jivvintaw li għandi kumpanija sigrietà,” qal il-Prim Ministru li tenna kif fl-aħħar snin naqas meta ma kienx qawwi quddiem qlajjiet fil-konfront tiegħu.

“Issa bdiet il-qlajja li l-mara tiegħi jew xi membru tal-familja tiegħi għandhom xi kont. Niġi hawn quddiemkom għax la jien la marti u la ħadd mill-familja tagħhna m’għandu kumpanija, la kont u lanqas ħaġa u oħra li mhumiex iddikjarati,” qal Joseph Muscat.

Lill-Konferenza Ġenerali l-Partit Laburista qalilha li l-elezzjoni tiġi meta għandha tiġi u appella għal kalma u s-serenità.

“Għandna biex inkunu sereni. Irridu nkunu sodi u ċari ħafna fuq il-linji tagħna għaż-żmien li ġej. It-taqbida politika tagħna hija t-taqbida tal-ideat. Ta’ min għandu l-aħjar ideat u l-aħjar direzzjoni għal dan il-pajjiż,” qal il-Prim Ministru li tenna li l-Partit Laburista se jżomm il-linja ta’ diċenza. “Jien illum iddarast għax organu uffiċjali tal-PN biex iwassal ritratt politiku ġabu ritratt tat-tfal tiegħu. Nappella lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Ejja nżommu t-taqbida politika bejni u bejnek. Jiena nagħmel impenn.

Fi żmien li ġej, jagħmel x’jagħmel ħaddieħor se nżommu linja ta’ diċenza,” qal il-Prim Ministru li tenna li hu qatt mhu se jippermetti li xi ħadd li għandu kontroll fuqu jdaħħal lil ulied il-kap tal-oppożizzjoni. “Is-saħħa tal-ideat tagħna hi tant b’saħħitha li m’għandha bżonn xejn,” tenna l-Prim Ministru għall-approvazzjoni tal-konferenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend