Għamel 20 sena “ma jaħsibx” dwar il-mewt ta’ ommu – One News

Għamel 20 sena “ma jaħsibx” dwar il-mewt ta’ ommu

Il-Prinċep Harry żvela kif hu fittex l-għajnuna war li għamel kważi 20 sena “ma jaħsibx” dwar il-mewt ta’ ommu, Diana, il-Prinċipessa ta’ Wales.

F’intervista ma’ the Daily Telegraph, hu qal li beda jipproċessa l-mewt ta’ ommu meta qabeż l-għoxrinijat sew – wara sentejn ta’ “kaos kbir” f’ħajtu.

Il-Prinċep li għandu 32 sena sostna kif kien l-isport tal-boxing li “salvaw” wara li bdieh sabiex jeħles minn nervi li kellu.

The Telegraph spjega kif il-Prinċep Harry iddeċieda li jitkellem dwar il-passat bit-tama li l-esperjenza tiegħu tinkoraġġixxi lil oħrajn jitkellmu, dan sabiex tintemm l-istigma madwar is-saħħa mentali.

Harry qal li t-telfa ta’ ommu fl-età ta’ 12-il sena ħalliet impatt negattiv fuq ħajtu, speċjalment meta tqis li għamel is-snin ma jesprimix ruħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend