Ta’ seba’ snin għandha biżejjed esperjenzi koroh biex tikteb ktieb – One News

Notifiki

Ta’ seba’ snin għandha biżejjed esperjenzi koroh biex tikteb ktieb

Bana Alabed, tifla ta’ seba’ snin li bosta drabi ktibna dwarha għaliex kienet tuża Twitter biex taqsam l-esperjenzi tagħha tal-kunflitt fis-Sirja se tippubblika ktieb.

It-tifla rnexxielha tiġbed l-attenzjoni tad-dinja għar-realtà diffiċli li jgħixu ta’ kuljum jesperjenzaw xita ta’ bombi u jaraw quddiem għajnejhom il-qraba u l-ħbieb tagħhom imutu.

Fil-fatt, ġurnata minnhom id-dinja kienet ixxukkjata hekk kif wara li seħħ attakk fis-Sirja, t-tifla ma kitbitx tweet u għalhekk kulħadd kien imbeżża li din it-tifla kienet vittma oħra ta’ dawn l-attakki.

Jekk hux sfortuna jew fortuna hija suġġettiva, t-tifla hija fortunata li llum Simon & Schuster se jkunu qed jiktbu l-memorji tagħha fi ktieb, iżda hija sfortuna li ta’ seba’ snin it-tifla ta’ seba’ snin għandha biżżejjed esperjenzi koroh biex tikteb ktieb.

It-titlu tiegħu se jkun “Dear World” bl-għan li mill-ħajja ġdida tagħha fit-Turkija tappella lid-dinja biex twaqqaf il-gwerrer. Appell sinċier bla ebda rbiet politiku u ebda influwenza, appell ġenwin ta’ tifla ta’ seba’ snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend