Tfajla arrestata wara li allegatament abbużat sesswalment minn xufier – One News

Tfajla arrestata wara li allegatament abbużat sesswalment minn xufier

Tfajla ta’ 23 sena qed tiġi akkużata li abbużat sesswalment xufier ta’ taxi qabel raġel ieħor serqu. Il-Pulizija spjegaw li Brittany Carter qed tiġi akkużata li abbużat sesswalment xufier ta’ 29 sena filwaqt li Corey Jackson ta’ 20 sena qed jiġi akkużat li seraq lix-xufier filwaqt li heddu b’sikkina fil-Kanada.

Il-‘koppja’ kriminali serqu madwar ¢32 fi flus kontanti qabel ħarbu minn fuq il-post. Il-Pulizija stqarru li ma jafux għala t-tfajla abbużat sesswalment lix-xufier, iżda mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tfajla għamlet dan biex ir-raġel ma jindunax li kien se jispiċċa misruq.

It-tfajla ċemplet lill-kumpanija tat-taxi, Trinity Express Cab Service fis-sigħat bikrin tat-28 ta’ Jannar. Wara li x-xufier ressaq rapport lill-Pulizija, t-tfajla ġiet arrestata.

Hija tressqet il-Qorti b’akkużi ta’ abbuż u serq. Hija diġà ġiet arrestata fl-2016 b’pussess ta’ droga eroina. Jackson għadu ma nstabx mill-Pulizija.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend