Deputati jinħbew wara l-“interni” – One News

Notifiki

Deputati jinħbew wara l-“interni”

Il-mument ta’ taqlib intern fil-Partit Nazzjonalista huwa rifless ukoll fit-tweġibiet li qed jagħtu membri parlamentari dwar is-suġġett tar-rabta bejn il-Partit Demokratiku u l-Partit Nazzjonalista. Kif jidher lejn l-aħħar tal-filmat, biex pubblikament ma jmorrux naħa jew oħra, qalu li din hija kwistjoni interna li jiddiskutuha fil-Partit Nazzjonalista.

Intant, membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jemmnu li l-ftehim tal-koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku għandu jkun approvat fil-Kunsill Ġenerali.

Saħansitra, żvela l-ġurnal l-orizzont, hemm min qed jagħmel pressjoni biex dan isir b’mod immedjat tant li ttieħdu pariri legali dwar l-interpretazzjoni tal-istatut u kif jistgħu iwasslu biex isir dan.

Saħansitra hemm min qed jgħid li lest jiġbor il-150 firma li hemm bżonn skont l-istatut biex jisforza li jsir kunsill ġenerali, jekk il-Kap Simon Busuttil ma jħossx li għandu jagħmel dan.
Fost il-membri tal-Kunsill Ġenerali hemm deputati, sindku u kunsillieri, kif ukoll membri ta’ kumitati sezzjonali.

U li l-Kunsill jitlaqqa hi xi ħaġa li dawk ta’ madwar Simon Busuttil ma jridux għax jemmnu li jekk issir ir-rabja u n-nuqqas ta’ qbil li hemm fuq ġewwa jispiċċa fuq barra.
Saħansitra, meta t-Tnejn kien mistoqsi dwar dan il-Viċi-Kap Beppe Fenech Adami ukoll kien evażiv ħafna. Ma kienx komdu jikkommetti ruħu naħa jew oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend