Notifiki

Siti onlajn magħrufa mal-Maltin ibiegħu fur oriġinali bħala falz

Sky News qed jirrapporta li nstabu erba’ tipi ta’ pil tal-annimali li qed jinbiegħ minn ħwienet bħala faux fur minkejja li jkun oriġinali.

Espert tal-fibri identifika żraben u ingwanti fost oħrajn li qed jinbiegħu bħala oġġetti li ma ntużax pil ta’ annimali biex ġew magħmula meta fil-verità l-pil huwa reali.

Ir-renju Unit ma jippermettiex li l-pil ta’ annimali bħal dak tal-fniek jintuża biex isiru aċċessorji tal-moda, fost oħrajn, iżda dan il-pil xorta waħda qed isib mod kif jiddaħħal fir-Renju Unit mill-Asja u qed jinbiegħ bħala materjal sintetiku.

Minn investigazzjoni li saret ġie stabbilit, li per eżempju, s-sit onlajn tal-moda li huwa magħruf ma’ bosta Maltin Missguided qed ibiegħ fost oħrajn, żarbun li fil-materjal tiegħu għandu inkorporat pil ta’ annimali minkejja li l-kumpanija tal-ħwejjeġ għandha fur-free policy.

Claire Bass, id-Direttur Eżekuttiv ta’ Humane Society International stqarret ma’ Sky News li s-soċjetà internazzjonali qed issib ammonti akbar ta’ fur tal-annimali li qed jinbiegħ mingħajr tabella jew għandu tabella li ma tipprovdiex l-informazzjoni korretta.

L-istabbiliment tal-ħwejjeġ u l-aċċessorji, House of Fraser, waqaf ibiegħ ingwanti li Phil Greaves, espert tal-fibri, sab li kienu magħmula minn pil tal-fniek. Kelliem tal-istabbiliment qal li House of Fraser se tkun qed tassigura li l-kumpaniji li jissupplixxu l-prodotti tagħhom ikunu jafu li l-kumpanija ukoll tħaddan fur-free policy. 

The Missguided website advertises the shoes as "pom pom" sandals
Wieħed miż-żraben ta’ Missguided li nstab li kien magħmul minn pil tal-annimali 
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend