Notifiki

“Malta hija waħda mill-aktar postijiet siguri fid-dinja” – kriminologu u professur

Il-kriminologu u professur Saviour Formosa jgħidha bla tlaqliq li “Malta hija waħda mill-aktar postijiet safe fid-dinja speċjalment fl-Ewropa”.

Kumment li jista joffri serħan fl-imħuħ b’mod partikolari fi żmien fejn is-sigurta’ tal-pajjiż bdiet tintuża bħala ballun politiku. Filfatt, f’dan ir-rigward il-Ministru Carmelo Abela kien appella lill-oppożizzjoni sabiex tieqaf tuża dan is-suġġett tant sensittiv sabiex tipprova tirbaħ xi punti politiċi. Kien appella lis-sigurta’ tal-pajjiż huwa suġġett li wieħed irid jaħdem flimkien fuqu u li l-Pulizija għandha tiġi offruta l-ispazju meħtieġ mingħajr pressjoni sabiex tkompli tagħmel xogħolha b’reqqa.

Il-Professur Saviour Formosa kien qed jitkellem fuq il-programm ONE breakfast news fid-dawl tar-rapport annwali tal-kriminalita f’Malta fl-2016. Huwa spjega kif meta wieħed iħares lejn l-influss tal-popolazzjoni mill-barranin u ż-żieda fil-flus fl-idejn li ġġib magħha iżjed opportunitajiet għal dawk li jkunu intenzjonati li jwettqu xi reat kriminali, suppost din is-sena kellha tispiċċa b’żieda ta’ madwar 1,500 reat. Minflok ir-reati irrappurtati raw biss żieda ta’ 0.9% li tfisser 160 reat li fi kliem Formosa tfisser li “xi ħaġa ġara on the ground serviet bħala mitigation factor”.

L-Assistent Kummissarju Martin Sammut tkellem kif is-sidien tal-istabbilementi iridu jaħdmu id f’id mal-Pulizija fil-ġlieda kontra l-kriminalita’ filwaqt li semma’ kif il-proġett pilota Pulizija tat-Turiżmu ġab miegħu kummenti ferm pożittivi minn setturi differenti.

Is-Supretendent Denis Theuma tkellem kif l-arresti fil-qasam tat-traffikar u pussess tad-droga fl-2016 żdiedu li juri kif il-Pulizija qed jaħdmu b’iżjed effiċjenza. Qal kif ir-riżultat ta’ dan ir-rapport mhux biss juri li Malta hi safe iżda jkompli jimmotiva lill-Pulizija sabiex tkompli taħdem kontra dawk ir-reati li bħalissa qegħdin jaraw peak, b’mod partikolari il-Pickpocketing. Fenomenu li qed iseħħ madwar l-Ewropa sħiħa u li jeħtieġ koperazzjoni bejn Pulizija minn Stati Membri Ewropej peress li din saret waħda organizzata fejn gruppi żgħar ta’ nies li huma professjonali f’dan il-qasam  jsiefru minn pajjiż għal ieħor f’ċirku biex iwettqu dan ir-reat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend