Notifiki

L-istudenti tal-MCAST b’kompetizzjoni bejniethom

Matul dawn it-tliet ijiem l-MCAST ħa xejra kompletament differenti. Dan hekk kif l-istudenti mhux qed jieħdu l-lezzjonijiet tagħhom fil-klassi iżda qed jieħdu tagħlim permezz ta’ kompetizzjoni.

Din il-kompetizzjoni, l-MCAST Skills Challenge, qed tagħti opportunità lil dawn l-istudenti biex japplikaw dak li tgħallmu matul is-sena u jesperjenzaw il-kompetitività li se jsibu fuq il-post tax-xogħol.

Matul dawn it-tliet ijiem ta’ kompetizzjoni u tagħlim, l-istudenti se jkunu qed jikkompetu ma’ sħabhom biex joffru l-aqwa prodott finali għall-isfida li se jkollhom quddiemhom.

F’din l-isfida qed jipparteċipaw aktar  minn 850 student li se jkunu qed jikkompetu f’ 65 sfida differenti. L-isfidi se jingħataw lill-parteċipanti fil-bidu tal-ġurnata u matulhom se jkunu qed juru t-talent tagħhom f’oqsma differenti.

Dawn l-isfidi qed isiru f’partijiet differenti tal-campus f’Raħal Ġdid. Il-prodott finali tal-istudenti se jkun qed jidher quddiem ġurija professjonali magħmula minn għalliema tal-MCAST u speċjalisti oħra. Ir-rebbieħa tal-isfida tal-ġurnata se jkunu qed jingħataw medalja u ċertifikat.

Matul dawn it-tliet ijiem il-pubbliku jista’ jsegwi l-korsijiet differenti li qed jiġu offruti mill-MCAST fil-prattika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend