Awguri, Fra! – One News

Notifiki

Awguri, Fra!

• Wieħed mill-iktar karattri memorabbli twieled ħamsin sena ilu

Kien l-10 ta’ April 1967 meta twieled karattru simpatiku li għadu mnaqqax fil-qlub ta’ dawk li żmien il-primarja kien idur miegħu: Fra Mudest.

Dak iż-żmien, l-awtur Charles Casha kien jikteb fil-gazzetta ‘Children’s Own’, u fl-edizzjoni tal-10 t’ April ippubblika ‘Ir-Ruħ fil-Kantina’- l-istorja li kellha tintroduċi lil Fra Mudest.

Eventwalment Casha ħareġ l-ewwel ġabra ta’ stejjer fl-1971 bl-isem ‘Fra Mudest’. Hawnhekk segwiet sensiela ta’ stejjer ta’ dan l-imbierek Fra, bħal ‘Aktar praspar ta’ Fra Mudest’ u ‘Mill-Ħorġa ta’ Fra Mudest’.

B’kollox il-qarrejja gawdew 86 storja dwar il-Fra maħbub. Karattru li daħal sew fil-folklor Malti bħala wieħed mill-iktar personaġġi memorabbli fil-letteratura tagħna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend