KISBA DOPPJA: Żieda fin-nefqa biex int tgħix aħjar – One News

Notifiki

KISBA DOPPJA: Żieda fin-nefqa biex int tgħix aħjar

• ŻIDIET FL-ISPIŻA RIKORRENTI MAĦSUBA BĦALA WENS

• IL-MISTOQSIJA HI: X’SE JAQTA’ L-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI?

Mijiet ta’ miljuni ta’ ewro f ’dik li hi spiża rikorrenti, meta wieħed iqabbel l-2012 u l-2016, kienu investiti fi proġetti soċjali u nefqiet f ’setturi kruċjali għall-kwalità tal-ħajja tan-nies. Fuq quddiem nett is-saħħa u l-edukazzjoni. Żdiedet ukoll b’mod sostanzjali l-ispiża fi programmi soċ- jali, għalkemm dan f ’oqsma maħsuba u magħżula b’reqqa.

Fil-fatt, fl-istess waqt naqsu n-nies dipendenti fuq benefiċċji bħal tal-qgħad għax iktar persuni daħlu fid-dinja tax-xogħol. Stħarriġ li għamlet il-gazzetta KullĦadd juri li l-benefiċċji soċjali fl-2012 kienu jlaħħqu €783 miljun u llum huma €1,057 miljun. Din iż-żieda fl-ispiża fuq protezzjoni soċ- jali ta’ €274 miljun, bħala parti min-nefqa rikorrenti, qed tkun ikkritikata bl-aħrax mill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Fost l-oħrajn fl-aħħar sentejn din iż-żieda ġejja minn miżuri bħall-in-work benefit u t-tapering ta’ beneficcji socjali (+ €11miljun fis-sena) u żieda fir-rata ta’ pensjonijiet minimi u tar-romol (+€20 miljun fis-sena). Hemm miżuri oħra li żiedu n-nefqa rikorrenti. Fosthom dik taċ-child care li fuqha jintefqu iktar minn €12-il miljun fis-sena u minnha jgawdu iktar minn 6,000 familja.

Hemm ukoll iż-żieda fl-ispiża rikorrenti fil-kura u assistenza lill-anzjani. Fost l-oħrajn il-miżura li permezz tagħha tkun issussidjat l-ispiża ta’ live-in carer. Hawn il-Gvern qed jonfoq mal-miljun ewro fis-sena. Fuq kollox l-ikbar żidiet flispiża rikorrenti saru fuq żewġ oqsma importanti ferm; issaħħa u l-edukazzjoni.

Fl-2012, l-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista l-ispiża talGvern fuq is-saħħa kienet ta’ €330 miljun. Is-sena li għaddiet din telgħet b’€171 miljun għal €501 miljun. Dan billi żdiedu s-servizzi, is-swali f ’Mater Dei, l-inizjattiva fil-komunità u ssolviet il-problema tal-mediċini out of stock. Żdiedu wkoll ħaddiema bħal infermiera u professjonisti mediċi f ’ammonti mingħajr preċedent.

Anke fejn tidħol l-edukazzjoni, fejn fost oħrajn daħal il-programm tat-tablets għattfal tar-raba’ sena u kienu impjegati iktar għalliema u LSAs żdiedet l-ispiża rikorrenti. Fl- 2012 kienu jintefqu €205 miljun u s-sena li għaddiet l-ispiża telgħet għal €445. Żieda ta’ €240 miljun f ’settur fejn żdiedu wkoll l-istipendji. Għaldaqstant il-mistoqsija meta Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista joħorġu jattakkaw l-ispiża rikorrenti hi liema minn dawn iż-żidiet meqjusa importanti se jkunu qed ineħħu jekk kemm-il darba jkunu eletti fil-Gvern.

Sa issa nafu biss li l-pjan hu li jkeċċu ħaddiema mis-servizz pubbliku b’din id-dikjarazzjoni saret fid-dokument ta’ qabel il-baġit tal-Partit Nazzjonalista. F’Ottubru li għadda Simon Busuttil iddikjara dan għal iktar minn darba u dak miktub qalu bil-fomm.

“Qegħdin ngħidu li nerġgħu lura għat-trend li kienet ilha tiswina tajjeb għal 25 sena sħaħ li n-numru ta’ nies fis-settur pubbliku jonqos,” qal Busuttil.

Meta qal dan ma kienx qed jirreferi għall-ħaddiema li tant jikkritika għax jaħdmu f ’position of trust u huma ftit mijiet. “Dan apparti l-mijiet ta’ ħaddiema f ’position of trust,” kien qal Busuttil f ’Ottubru tas-sena li għaddiet f ’dikjarazzjoni ċara li l-ħaddiema se jneħħihom minn setturi oħra tas-servizz pubbliku.

Intant, minkejja li pajjiżna żied b’mod qawwi l-ispiża rikorrenti f ’oqsma kruċjali biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, xorta waħda kien eliminat id-defiċit u pajjiżna rreġistra surplus għall-ewwel darba f ’35 sena. U dan fl-istess ħin li żamm għolja wkoll l-ispiża kapitali li s-sena li għaddiet kienet fl-istess ilma tal-2012, wara li fl-2014 u fl- 2015 telgħet f ’livelli rekord li f ’deċennji qatt ma esperjenzajna bħalhom.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend