Il-Caritas b’fond ta’ emerġenza għall-vittmi f’Aleppo – One News

Notifiki

Il-Caritas b’fond ta’ emerġenza għall-vittmi f’Aleppo

Fuq talba ta’ Caritas Internationalis, Caritas Malta qed tagħmel sejħa ta’ ġbir ta’ fondi permezz ta’ fond ta’ emerġenza fejn se jinġabru flus biex tingħata għajnuna lill-vittmi ta’ Aleppo fis-Sirja, speċjalment fejn hemm l-iktar bżonnijiet ta’ saħħa, ilma u sanità, sistema ta’ edukazzjoni u shelters għal dawk il-persuni li tilfu dak kollu li kellhom.

Caritas Syria qed twiegħed li timplimenta programm ta’ sena li jinkludi salvataġġ ta’ ħajjiet ta’ persuni. Se taħdem ukoll biex terġa tibni l-ħajja ta’ dawk li tilfu kollox u dan b’mod sostenibbli. Caritas Syria tkompli wkoll f’ħidma sħiħa fejn tipprovdi l-ewwel bżonnijiet bażiċi tal-bniedem, ikel, fejn jgħix u x’jilbes, edukazzjoni, kif ukoll kull tip ta’ għajnuna oħra psikoloġika permezz tat-terapisti tagħha.

Il-mira ta’ dan il-proġett ikun biex dawk il-familji kollha affettwati, jerġa’ jkollhom l-opportunità jibnu l-komunità tagħhom u t-tfal jerġgħu jibdew jattendu għall-edukazzjoni fl-iskejjel li jinbnew. Dawn jingħataw dak kollu li jkollhom bżonn inkluż stationery u affarijiet oħra għall-iskola.

L-appell ta’ Caritas Internationalis lill-pajjiżi kollha affilljati (madwar 147 pajjiż) huwa li dawn il-miri jistgħu jintlaħqu permezz ta’ ġbir li qed isir u jintbagħat lil Caritas Syria.

Il-Kontijiet li fetħet Caritas Malta huwa kif ġej:

 HSBC                     Account  089-021513-051

BOV                       Account  40023270071

APS                        Account  10489011015

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħti s-sapport tiegħu permezz ta’ depositu ta’ donazzjoni f’dawn il-kontijiet, jew jibgħat ċekk indirizzat: Fond ta’ Emerġenza Aleppo, Caritas Malta, 5, Triq l-Iljun, Il-Furjana.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend