Notifiki

Min iħaddem ma jistax jobbliga aktar lill-ħaddiema jilbsu t-takkuna

Min iħaddem, fi provinċja Kanadiża, ma jistax jobbliga lill-ħaddiema tiegħu jilbsu żraben bit-takkuna fuq il-post tax-xogħol.

Dan hekk kif dan ir-rekwiżit huwa meqjus bħala diskriminatorju kif ukoll perikoluż.  Il-Gvern qal li dawk li jilbsu t-takkuna għandhom aktar ċans li jweġġgħu hekk kif il-probbabilità li jaqgħu jew li jkollhom effetti negattivi fuq ir-riġlejn u d-dahar hija akbar.

Intqal li l-ħaddiema għandhom jippermettu li l-ħaddiema tagħhom jilbsu aktar żraben komdi u anqas perikolużi.

Din l-aħbar ġiet wara li politikant mill-partit tal-Ħodor f’Marzu introduċa abbozz fil-leġiżlatura tal-provinċja bl-għan li ma jsirux rekwiżiti fuq l-ilbies tal-ħaddiema abbażi tal-ġeneru.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend