Bil-filmat: Tfal tal-iskola jiltaqgħu ma’ dniefel f’Birżebbuġa – One News

Notifiki

Bil-filmat: Tfal tal-iskola jiltaqgħu ma’ dniefel f’Birżebbuġa

Tfal tal-iskola li kienu fuq dgħajsa igawdu it-temp sabiħ tar-rebbiegħa waqt lezzjoni dwar it-tbaħħir raw xena mhux tas-soltu, speċjalment meta wieħed iqis li kienu biss ftit metri il-bogħod mill-moll tal-Freeport f’Birżebbugia.

Dan meta raw dniefel fil-bahar, f’distanza ta’ ftit metri. Xena li żgur se tibqa f’moħħhom għal żmien twil.

M’hijiex ħaġa rari, li sajjieda jiltaqgħu mad-dniefel fuq il-baħar, iżda ġeneralment dawn ikunu ħafna iktar ‘il barra mill-kosta, l-aktar qrib il-gaġeġ tat-tonn. Bir-raġuni ovja tkun li viċin ta’ dawn il-gaġeġ ikun hemm ħafna ħut x’jieklu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Nixtieq nikkjarifika li dawk ma kinux tfal tal-iskola waqt il-hin tal-iskola. Dawk kienu tfal li nhar il-Gimgha li ghadda kienu qed jitghallmu jibbordjaw (sailing) ma Birzebbuga Sailing Club. Dan il-club huwa wiehed mill-clubs tas-sailing ewlenin f’Malta u jghallem l-ibburdjar lil kulhadd. Il-lezzjonijiet isiru s-sena kollha u huma miftuhin ghal kull eta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend