Illum il-Qorti t’Għawdex se tkompli tisma’ il-każ fil-konfront Anthony Debono, r-raġel ta’ Giovanna Debono akkużat b’xogħol fil-privat imħallas minn fondi pubbliċi, skema magħrufa iżjed bħala xiri ta’ voti.
Fl-aħħar li saret dwar il-każ, xhieda kkonfermaw li b’intervent tar-raġel ta’ Giovanna Debono sarilhom xogħol fil-propjetà privata tagħhom u dan mingħajr ma ħalsu għalih. Filfatt, fl-aħħar seduta li saret fit-tnejn u għoxrin ta’ Frar kienu tlieta ix-xhieda li kkonfermaw dan.
Hawn issemmew xogħolijiet li saru fuq ħajt bisweit propjetà tax-xhud u ieħor fi propjetà tiegħu. Wieħed mix-xhieda saħansitra qal kif mar għand Tony Debono biex jirranġalu ħajt fuq propjeta tiegħu. Dan wara li l-pulizija tawh tliet t’ijiem ċans biex jirranġah minħabba l-istat ħażin li kien fih.
Ix-xhud kellem lil Debono u Debono kellem lill-Pulizija biex ituh iktar żmien. Debono tah il-materjal għal-ħajt iżda mhux ħa jtih ħaddiema. Madanakollu għat-twaqqigħ tal-ħajt Debono bagħat lill-whistleblower f’dan il-każ.
Anthony Debono qiegħed jiffaċja tlettax-il kap t’akkuża fost oħrajn miżapproprjazzjoni ta’ Fondi pubbliċi. Dwar il-każ il-whistleblower qed jilmenta li ma tħallasx għax-xogħol li għamel fil-privat. Ħlas li jlaħħaq il-ħamsin elf ewro.
Filfatt, meta kien żvelat il-każ fil-media , l-whistleblower kien irċieva biss għaxar t’elef ewro. Dwar il-każ il-whistleblower kien tkellem mal-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u kien qallu ‘ għalfejn bqajt għaddej bix-xogħol jekk kont taf li se nitilfu l-elezzjoni.