Żagħżugħ ta’ 20 sena suspettat li wettaq l-attakk fir-Russja – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 20 sena suspettat li wettaq l-attakk fir-Russja

Il-midja Russa qed tirrapporta li Akbarzhon Jalilov huwa s-suspettat ewlieni li wettaq l-attakk li seħħ ilbieraħ f’ferrovija f’San PietruBurgu, r-Russja.  Akbarzhon għandu madwar 21 sena u huwa mill-Asja Ċentrali.

Huwa minn Kyrzgystan u għandu ċittadinanza Russa.

Minn tal-inqas 45 persuna weġġgħu fl-isplużjoni li seħħet bejn żewġ stazzjonijiet taħt l-art it-Tnejn wara nofsinhar.

L-aġenziji tal-aħbarijiet Interfax u Tass qalu li s-suspettat kien identifikat, iżda hemm rapporti konfliġġenti fuq jekk kienx aggressur suwiċida.

L-awtoritajiet tat-tieni l-ikbar belt Russa ddikjaraw tliet ijiem ta’ luttu. Il-President Vladimir Putin, li kien San Pietruburgu meta seħħet l-isplużjoni, żar il-post it-Tnejn filgħaxija u poġġa l-fjuri.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend