Il-GRTU tfaħħar il-viżjoni ekonomika tal-Gvern – One News

Notifiki

Il-GRTU tfaħħar il-viżjoni ekonomika tal-Gvern

Is-sitwazzjoni ekonomika li nħolqot matul dawn l-erbgħa snin kienet waħda tant pożittiva li rnexxiela tagħti nifs qawwi anke lin-negozji, dan anke minħabba l-attitudni ProBusiness li rnexxilu jibni dan il-Gvern.

Stqarr dan il-President tal-GRTU Paul Abela waqt laqgħa m’uffiċjali tal-Partit Laburista fejn fiha kienu diskussi numri t’inizzjativi li bidlu r-rota ekonomika tal-pajjiż. Din il-laqgħa ma saritx biss biex tevalwa l-aħħar xhur, iżda saret biex jkunu studjati proposti ġodda għall-manifest elettorali li jmiss.

Il-GRTU taħdem mill-qrib man-negozji żgħar u medji, u għaldqstant spjegat li tilqa’ kull inizzjativa li tixpruna aktar profittabilita u nuqqas ta’ burokrazija.

Fost oħrajn, il-President tal-Unjin Paul Abela,  faħħar ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-bank ta’ żvilupp, il-one stop shop li twaqqaf flimkien mal-Malta Enterprise.

Minn naħa tiegħu d-deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona qal li dan il-Gvern se jibqa’ f’kuntatt kontinwu mal-istakeholders biex għal darb’oħra jkunu implimentati miżuri ġodda li jsaħħu l-kompettitività tan-negozji.

Cardona rrefera wkoll għas-surplus li rreġistra l-Gvern, riżultat li jiżboq dak li kisbu pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropeja, u riżultati ekonomici tal-passat f’Malta meta għal snin twal kompla jikber id-defiċit u d-dejn tal-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend