“Dan surplus li tistħi bih” – PN – One News

Notifiki

“Dan surplus li tistħi bih” – PN

  • Simon Busuttil falz fuq is-surplus li irnexxielu jikseb pajjiżna

 Simon Busuttil ma jiflaħx jara l-pajjiżna jagħmel suċċess u wara li għall-ewwel darba wara 35 sena pajjiżna irreġistra surplus jiġifieri daħħal aktar milli nefaq, issa qed jgħid li dan is-surplus li ħareġ skont ċifri tal-Uffiċju Nazzjonali  tal-Istatistika, skont il-perjodu, li minn dejjem ikunu skedati li joħroġu, huma biss devjazzjoni u aljenazzjoni.

Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil huwa falz meta jgħid li dan is-surplus kien pjanat anke mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, meta kien hu stess li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u anke wara, fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew kien jgħid li taħt il-Partit Laburista fil-Gvern, pajjiżna ikollu bail out .

Meta Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-PN,  eżatt bl-istess ammont ta spiza kapitali li kellna fl-2012,  fl-2012 , gie irreġistrat l-akbar defiċit. B’differenza li b’Joseph Muscat bħala Prim Ministru ġie rreġistrat surplus.

L-istqarrija tal-Partit Laburista kompliet tgħid li jidher ċar li Simon Busuttil u l-kelliema tiegħu bħal Clyde Puli li qal li dan surplus li ‘tistħi bih’ u li ‘mhux surplus li tiddandan bih’ huma foloz mal-poplu Malti u Għawdxi kollu li qed jagħmel minn dan il-pajjiż suċċess, tant li irreġistrajna  surplus.

Kieku Simon Busuttil sema aktar dak li qalulu Mexxeja barranin li attendew għal-laqgħa li seħħet f’pajjiżna tal-Partit Popolari Ewropew u faħħru dan is-surplus, ma kienx jerġa’ joħroġ ta’ falz mal-poplu Malti u Għawdxi kollu dalgħodu.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend