Notifiki

L-aktar Gvern kompetenti ekonomikament u soċjalment ġust

  • Dan huwa l-aktar Gvern kompetenti ekonomikament u l-aktar soċjalment ġust
  • Dak li ħaddiehor m’għamilx f’iktar minn kwart ta seklu, aħna għamilnih fl-ewwel erba’ snin ta’ dan il-Gvern
  • Il-Kap tal-Oppożizzjoni għadu jemmen lil kliemu 4 snin ilu, li Malta se tmur għall-bail-out minkejja s-suċċessi ekonomiċi li kulħadd jista’ jara u jħoss

Dawn kienu punti li tqajmu f’konferenza tal-aħbarijiet indirizata mil-Viċi Kap tal-Partit Laburista Chris Cardona u l-Ministru Chris Cardona fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Chris Cardona qal li dan huwa mument ta’ kburija Nazzjonali.

Sostna li r-riżultati ekonomiċi tajbin ma jistgħux jieqfu u se jkomplu għaddejjin, u li r-rizlutati ekonomiċi huma possibli għax hawn Gvern li jiddeċiedi.

Dan huwa l-aktar Gvern kompetenti ekonomikament u l-aktar soċjalment ġust, qal il-Ministru Cardona. Fakkar li għall-ewwel darba f’35 sena, u għall-ewwel darba f’ġenerazzjonijiet sħaħ, Malta qed idaħħal aktar minn kemm toħroġ flus – €9miljuni.

Dan kollu ma jistax jittieħed b’mod leġġer, fakkar il-Ministru. Dan il-Gvern telaq minn sitwazzjoni ta’ excessive deficit procedure – fejn l-Unjoni Ewropea kellha ħarsitha fuq Malta, ġiegħlet lill-Gvern inaqqas €40miljun mill-baġit (kienu tneħħew mis-Saħħa u l-Edukazzjoni) u fuq kollox ma kelliex fiduċja f’pajjiżna għax il-Gvern li kien jagħmel parti minnu Simon Busuttil kien ifalli l-miri ekonomiċi li kien ipoġġi quddiemu stess.

Dan il-Gvern reġa’ daħħal il-fiduċja u għamel f’4 snin dak li ħaddieħor m’għamilx fi kwart ta’ seklu.

Seħħ miraklu ekonomiku Malti, qal Cardona. Pajjiżna rreġistra surplus fl-istess żmien li ma daħħalx awsterità u t-taxxi tnaqqsu għal kulħadd f’dawn l-erba’ snin.

Illum l-Unjoni Ewropea qed tħallas lejna mhux bħala theddida ekonomiku, iżda bħala mudell ta’ kif nimxu.

Dan is-suċċess ekonomiku kien possibli għal żewġ fatturi ewlenin. Waħda hija ż-żieda fil-konsum privat u l-oħra l-investiment bla preċedent.

Ilum anke f’dak li hu xogħol f’pajjiżna hawn aktar opportunitajiet ta’ xogħol milli hawn nies jirreġistraw. Dan kollu qed ikun innutat mill-Aġenziji ta’ Kreditu Internazzjonali lir-rapporti tagħhom huma importanti għal dawk li qed jaħsbu biex jinvestu.

Il-Ministru rrefera għal rapport Standard & Poor’s, li sar qabel ħarġet l-aħbar tas-surplus mill-NSO. Dawn ikkonfermaw ir-rating ekonomiku ta’ A- għal Malta. Dan it-tbassir ekonomiu jikkonferma l-pożittività u l-ottimiżmu f’pajjiżna, qal il-Ministru, u fuq kollox dawn ir-rizultati qed ifissru aktar għajnuna soċjali.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li dan huwa l-aktar Gvern kompetenti ekonomikament u l-aktar soċjalment ġust.

Qal li l-fatt li l-Gvern daħħal  aktar milli nefaq mhijiex statistika, imma hija differenza fil-ħajja tan-nies. Huwa riżultat li jfisser inqas pressjoni biex jiżdiedu t-taxxi u inqas pressjoni biex ma jsirux miżuri soċjali.

Il-Gvern kien f’pożizzjoni li jieħu miżuri biex iżid id-dħul tal-ħaddiema u din is-sena realment żdiedet il-paga minima.

Illum ninsabu qrib ukoll biex jintalaħaq ftehim mal-imsieħba soċjali fit-taħditiet li għaddejjin fuq il-paga minima.

Il-Ministru fakkar li fl-aħħar elezzjoni kienet isir kritika li jekk il-Partit Laburista jżomm kelmtu fuq il-wegħdiet li għamel, kien se jifqa’ l-kaxxa ta’ Malta.

Illum il-Partit Laburista żamm kelmtu. Wettaq dak li wiegħed, u l-kaxxa vera faqaha, imma bil-ġid.

Il-mizuri soċjali u t-tnaqqis li daħħal kienu importanti biex propja permezz tagħhom tikber l-ekonomija.

Għall-ewwel darba f’35 sena kien irreġistrat surplus fl-istess waqt li :

o          Raħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma

o          Ingħata childcare b’xejn għal kulħadd

o         Kien eżentati mit-taxxa żgħażagħ li jixtru l-ewwel propjeta’ tagħhom

o          Żdiedu l-pensjonijiet

o          Effettivament żdiedet l-minimum wage

o          Ingħataw tablets lill-istudenti kollha tar-raba’ sena

o          Żdiedu l-istipendji pro-rata mal-COLA, u ingħataw stipendji ghal min jirrepeti sena

o          Ingħataw lura l-ħlasijiet żejda fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi

o          Tneħħew il-medicini out of stock

o          Naqsu l-waiting lists

o          Daħal is-servizz tal-IVF

o          Ingħataw l-in work benefits

o          Tniedet it-tapering tal-benefiċċji u ħafna ħafna aktar.

Dan is-surplus se jfisser ukoll li hemm iktar flus li jistgħu jintużaw fil-Bank ta’ Żvilupp biex jagħmel tajjeb għal proġetti importanti. Il-Ministru fisser li meta tmur fis-swieq u istituzzjonijiet finanzjarji issib iktar fiduċja biex f’pajjiżna jitwettaq il-pass li jmiss – proġetti infrastrutturali kbar.

Il-Ministru Chris Cardona qal irrefera għal kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni, li huwa surplus ‘popolist’ u faċli.

“Il-verità hija li l-unika finanzi li fihom il-Kap tal-Oppożizzjoni huma dawk li jħalsulu l-pagi bihom in-negozjanti. Nesa Simon Busuttil kemm tkellem fuq il-bail-outs, u kemm tkellna nitkarrbu quddiem l-Ewropej u li qed jara l-bozoz ħomor” qal Cardona.

Imma għamel ukoll osservazzjonijiet oħra. Simon Busuttil qal ħmerija lbieraħ; in-nefqa kapitali hija ffinanzjata primarjament minn fondi Ewropej li jidħlu bħala dħul fil-kotba tal-Gvern. Allura jekk tonqos in-nefqa kapitali jfisser li se jonqos id-dħul tal-Gvern u allura l-effett fuq id-defiċit ma jkunx daqshekk b’saħħtu. Kif rajna dan il-Gvern ħaddem qatiegħ biex jimmassimiza l-fondi Ewropej.

Il-fatt li Simon Busuttil qed jgħid lin-nefqa kapitali kienet vera baxxa u li wasslet għal surplus. Allura hu jmissu jispjega kif fl-2012 in-nefqa kapitali kienet €363miljun naqra aktar minn 2016, iżda xorta waħda l-Gvern Nazzjonalista li kiem jagħmel parti minnu hu spiċċa bl-akbar numru ta’ defiċit fl-istorja, aktar minn €362miljun. Bir-raġunar tiegħu, fl-2012, kellu jkun hemm surplus mhux l-ogħla defiċit fl-istorja.

Il-verità hija li l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux idea. Dan huwa l-aktar kompetenti ekonomikament u ġust soċjalment, ikkonkluda Cardona.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend