“Għall-PN surplus għadu biss ħolma” – One News

Notifiki

“Għall-PN surplus għadu biss ħolma”

Hija mossa populista u faċilment tinkiseb. Din kienet ir-reazzjoni tal-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil l-għada li f’pajjiżna ħarġet l-aħbar li fl-2016 il-gvern għalaqha għall-ewwel darba b’surplus u tħallas id-deficit li ħalliet warajha amministrazzjoni preċedenti.

Fi tweġiba għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li Simon Busuttil qed jipprova jidħak bin-nies meta prova jagħti interpretazzjoni frivola għas-surplus li rnexxielu jikseb pajjiżna wara sitta u tletin sena.

“Kienu diversi l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li ma rnexxielhomx jilħqu l-miri fiskali u minflok ħolqu defiċit rekord li dan il-Gvern irnexxielu jelimina għal kollox fi żmien tant qasir”, saħaq il-Ministru Scicluna.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni prova jimmina s-suċċess tal-Gvern li elimina d-defiċit ta’ €362 miljun li kellna fl-2012 taħt il-Gvern imexxi mill-partit ta’ Simon Busuttil. “Inċidentalment, in-nefqa pubblika tal-Gvern bejn l-2010 u l-2012 kienet l-istess bħal tal-2016 iżda għal PN surplus għadu biss ħolma,” temmet tgħid l-istqarrija tal-Ministeru tal-Finanzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend