Forti Sant’ Anġlu illum miftuħ bi prezz imraħħas ta’ €2 – One News

Notifiki

Forti Sant’ Anġlu illum miftuħ bi prezz imraħħas ta’ €2

  • Nhar il-31 ta’ Marzu, festa pubblika, Forti Sant’Anġlu se jiftaħ għall-pubbliku bi prezz imraħħas ta’ €2 filwaqt li l-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu estiżi sakemm tispiċċa r-Regatta fil-Port il-Kbir.

Forti Sant’Anġlu tiddomina l-ponta tal-Birgu kif ukoll il-Port il-Kbir u toffri l-aħjar spazju għad-dilettanti tar-Regatta biex isegwu t-tiġrijiet tradizzjonali tad-dgħajjes Maltin.

Ir-Regatta ssir darbtejn fis-sena fil-Port il-Kbir, darba fil-31 ta’ Marzu meta jiġi mfakkar t-tluq tal-aħħar truppi militari Britanniċi u tar-Royal Navy minn Malta, u l-oħra f’Jum il-Vitorja, fit-8 ta’ Settembru.

Ir-Regatta tibda fis-13.00pm u tkun kontestata minn seba’ distretti differenti. Il-qaddiefa jieħdu sehem f’għaxar tiġrijiet maqsumin f’żewġ kategoriji fejn mhux biss tispikka l-ħila u s-saħħa tal-qaddiefa iżda wkoll id-dgħajjes tipiċi Maltin bħal frejgatini, kajjikki, tal-pass u tal-midalji.

Dakinhar il-viżitaturi fil-Forti Sant’Anġlu se jkollhom ukoll l-opportunitá jżuru l-parti ta’ fuq tal-istess forti mmexxija mill-Ordni Militari Sovran ta’ Malta.

Minbarra ż-żjara bi gwida li ssir kuljum fil-11.00am, dakinhar se jsiru żewġ żjajjar żejda bi gwida li jibdew f’12.00pm u fis-1.00pm Il-biljetti għal dawn iż-żjajjar huma apparti mid-dħul għall-forti u jiswew €5 (adulti), €3 (studenti u anzjani), u €1.50 (tfal bejn il-5 u t-12-il sena).

Il-biljetti jistgħu jinxtraw ukoll online mill-website ta’ Heritage Malta jew inkella mill-muzewijiet jew siti tal-aġenzija.

Għal din l-okkażjoni Forti Sant’Anġlu se jibda’ miftuħ sakemm tintemm ir-Regatta, jiġifieri bejn id-9.00am u s-6.00pm, bl-aħħar dħul isir fil-5.30pm

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend