INVESTIMENT TA’ €33 MILJUN – Ċentru t’Eċċellenza għad-De La Rue – One News

Notifiki

INVESTIMENT TA’ €33 MILJUN – Ċentru t’Eċċellenza għad-De La Rue

Illum infetaħ b’mod uffiċjali ċ-Ċentru t’Eċċellenza tad-De La Rue f’Malta fejn b’dan il-pass se jkunu qed jiżdiedu l-postijiet tax-xogħol b’80 post biex it-total ikun dak ta’ 500 dan permezz ta’ investiment ta’ €33 miljun.

Il-Kumpanija De La Rue hi waħda li xogħolha hu li tistampa l-flus u l-passaporti, liema currency hi meqjusa bħala b’saħħita.

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat fid-diskors tiegħu waqt il-ftuħ ta’ dan iċ-Ċentru qal li ftit inqas minn sena ilu “ma konniex nobsru li konna se nkunu qed niċċelebraw tkabbir.” Hu qal li l-aħbar li d-De La Rue riedu Centre of Excellence for Secure Printing f’Malta juri l-attività ekonomika tal-Gven li fl-istess waqt dan it-tkabbir se jkun qed jipprovdi xogħlijiet ġodda.

Muscat spjega kif id-De La Rue u l-Gvern Malti għandu relazzjoni ta’ 40 sena u jinsab sodisfat li se jkunu qed jiżdiedu l-postijiet għax-xogħol. Il-Prim Ministru qal li se jkunu qed jikkolaboraw biex il-ħaddiema jkollhom il-ħiliet meħtieġa sabiex il-kumpanija tkabbar l-abiltà tagħha f’Malta.

Il-Prim Ministru qal li “għal snin sofrejna nuqqas ta’ riżors uman f’dan is-settur u kien għalekk li saret ħidma biex apparti l-kors tal-printing li nfetaħ fil-Kulleġġ tal-MCAST saret ħidma ukoll biex jinfetaħ kors sekondarju speċifikament fuq id-De La Rue.”

Joseph Muscat sosnta li l-futur tad-De La Rue huwa hawn f’Malta u “rridu narawha tagħmel suċċess.”

Il-Prim Ministru qal lil ħaddiema li hu għandu impenn li l-post tax-xogħol tagħhom ikun imħares u li l-aħbar kerha li semgħu sena ilu inbidlet għal waħda pożittiva.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend