Ritratt ta’ tifla ta’ 9: ħażin jew normali? – One News

Notifiki

Ritratt ta’ tifla ta’ 9: ħażin jew normali?

Din hija t-tifla tal-eks mudella Ingliża Katie Price. L-omm għaddejja tirriklama t-tieni qamar-il għasel tagħha ma’ żewġha Kieran Hayler fil-Maldives permezz ta’ Instagram.

Ritratt taċ-ċkejkna Princess, li għandha disa’ snin, ħoloq kontroversja sħiħa, għaliex ħafna qed jikkundannaw il-fatt li t-tifla għandha poża provokattiva.

Princess hija bint il-mudella glamour, li llum għandha 38 sena, u l-eks raġel tagħha Peter Andre.

Backlash: Katie Price came under fire after she shared a sweet photo of her eldest daughter Princess, nine, posing in a floral bikini on Monday

Taħt l-istorja, l-omm kitbet:  ‘Princess loving her holiday, wearing hat from @creativeedgeattire love these fur flip flops @prettybowchic’.

Kien hemm ukoll min qabeż għal Price, u qal li llum ħafna tfal jidhru f’pożi hekk. Kien hemm min osserva li t-tifla mhux qed tintuża għal skop ħażin u li min jaħseb ħażin, sinjal li moħħu maħmuġ. Wara kollox, it-tifla tara lill-ommha timmudella, u aktarx tagħmel bħalha.

Int x’taħseb?

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Mhux ovvja li ħażin. Din ommha ħaqqa l-ħabs daqs dawk kollha li jbabbsu mat-tfal. Tagħmel li trid bħal ommha imma fil-kwiet ta’ darha.
    U tar-ritratti meħuda lit-tfal fakritni xi ntqal fuq xarabank u kif bqat imbellaħ nisma’ lill-ispettur tal-pulizija jiżvela li m’hemm xejn kontra l-liġi li stranġier jieħu ritratti tat tfal żgħar fil-pubbliku. Jekk m’hemmx liġi li tipproteġi lil uliedna minn nies li ma jaraw xejn ħażin li jieħdu ritratt tat-tfal ta’ ħaddieħor mingħajr il-permess, mela għandha issir liġi malajr. Illum, jekk jogħġobkom sinjuri deputati! Għax għal protezzjoni ta’ l-annimali hemm liġi u donnu għal-ulied il-bniedem dejjem bin-nieqes.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend