‘Il-Messija’; dramm ta’ passjoni tad-Drama Pageant Group, Qormi San Sebastjan – One News

Notifiki

‘Il-Messija’; dramm ta’ passjoni tad-Drama Pageant Group, Qormi San Sebastjan

Id-Drama Pageant Group, Qormi San Sebastjan bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi, jippreżenta; ‘Il-Messija’ – Dramm tal-Passjoni fi tliet atti, dwar l-aħħar ftit ħajja ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fuq kitba ta’ Shaun Formosa, taħt id-direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina. Nhar it-Tlieta 11 u l-Erbgħa 12 ta’ April 2017, fit-8:00 ta’ filgħaxija. Fit-Teatru taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan Ħal Qormi.

Is-sinjali li beda juri Ġesu’ ta’ Nażaret, issa bdew iqajmu dubji serji u diversi mistoqsijiet fost il-Qassisin u l-membri tas-Sinedriju. Kliem in-Nazzarenu issa beda jdawwar lil kulħadd kontra tagħhom. Iżda dan għaliex? Forsi bit-tagħlim tiegħu beda jsib tweġibiet għal dak kollu li l-istess poplu kien ilu jittama? X’kienet il-biża’ tagħhom minn dan il-bniedem? Setgħu huma iħallu l-poplu tagħhom imut minħabba profeta falz? Kien ikun ferm aħjar jekk imut bniedem wiehed biss, biex il-poplu kollu jsalva. X’kien il-pjan ta’ Żerah biex iwassalhom għal dak kollu li jixtiequ? X’beda jberrem f’moħħ Ġuda? X’wasslu jitradixxi lill-Imgħallem tiegħu? U x’kellu daqshekk kontra l-ħakma Rumana? Xi stenna Ġuda minn dan Ġesu’ ta’ Nażaret? Rewwixta war’oħra, inkwiet kbir ġewwa Fortizza Antonia. Possibli r-Rumani bdew jitilfu l-kontrol ta’ kollox? X’kienu t-twissijiet m’għand l-Imperatur Tiberius? Tgħid Pilatu jasal f’punt li jibda jħossu bħal bniedem f’morsa? Ruma min naħa, u l-Lhud min naħa l-oħra! Il-biża’ li jitlef it-tron, iġagħluh jieħu d-deċizzjonijiet żbaljati?

Aktar tagħrif fuq il-paġna ta’ facebook: Drama Pageant Group, Qormi San Sebastjan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend