Jisirqilhom l-għasafar mill-għalqa fl-Imtaħleb – One News

Notifiki

Jisirqilhom l-għasafar mill-għalqa fl-Imtaħleb

Kien it-Tlieta li għadda meta persuna mhux magħrufa nqabad fuq kamera tas-sigurtà jisraq madwar tmien għasafar minn għalqa privata li tinsab fl-inħawi tal-Imtaħleb.

Issa, sidt l-għalqa qed tappella għall-għajnuna fuq is-sit soċjali Facebook fejn qed titlob lill-pubbliku biex jekk għandu informazzjoni dwar dan il-każ għandu jikkuntattja lill-Pulizija.

Fuq il-filmat li tpoġġa onlajn jidher raġel b’għodda f’idu, jaqta’ parti mill-gaġeġ, jiftaħ xkora u jpoġġi fiha allegatament l-għasafar li kienu fil-gaġġa.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend