Tal-ġelat fl-inkwiet ma’ erbat ibniet – One News

Notifiki

Tal-ġelat fl-inkwiet ma’ erbat ibniet

Bejjiegħ tal-ġelat kellu s-sentenza tiegħu mibdula minn waħda ta’ ħabs effettiva għal waħda sospiża.

Dan wara li fl-istadju tal-appell ma nstabx ħati li kkorompa erba’ bniet iżda nstab ħati li għamel attentat vjolenti għall-pudur tat-tfal.

Il-każ imur lura għall-Awwissu ta’ tlettax-il sena ilu meta f’Delimara r-raġel kien qed ibiegħ il-ġelat.

Żewġ t’ibniet kienu marru fuqu u talbuh ġelat b’xejn li tajulhom bil-patt li xi ħadd adult kien ġej iħallas tal-ġelati aktar tard.

Ftit tal-ħin wara, żewġ t’ibniet oħra li l-eta’ tagħhom kienet tvarja bejn tnax u erbatax-il sena staqsew ukoll għal ġelat b’xejn.

Hawnhekk il-bejjiegħ inkorla u allegatament uża kliem li bih offenda l-pudur fil-pubbliku.

Uħud mill-bniet allegaw li f’dan il-mument r-raġel neża l-qalziet filwaqt li l-oħrajn qalu li huwa miss l-parti ġenitali tiegħu.

Fil-ħin ta’ wara, persuna adulta li tieħu ħsieb il-bniet marret għand il-bejjiegħ biex tikkonfrontah fuq dak li allegatament kien seħħ.

Il-Qorti qieset li l-verżjonijiet tat-tfal ma kinux qed jaqblu u li l-bniet kienu ġejjin minn ambjent ta’ ħajja mqallba tant li anki kienu jgħixu f’istituzzjoni tal-istat.

Intqal ukoll li l-bniet minkejja l-eta’ tenera tagħhom diġa kellhom esperjenza sesswali u li r-raġel kellu l-fedina penali tiegħu nadifa.

Kien għalhekk li l-Qorti tal-Appell bidlet is-sentenza ta’ sena u nofs ħabs għal waħda ta’ ħames xhur ħabs sospiżi għal sentejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend