Jekk tiekol din iċ-ċikkulata jaf titkemmex inqas malajr – One News

Notifiki

Jekk tiekol din iċ-ċikkulata jaf titkemmex inqas malajr

Forsi jaf tkun aħbar li lanqas biss titwemmen, iżda għadd ta’ xjentisti għadhom kif ħolqu ċikkulata li tnaqqas iċ-ċans li wieħed ikollu t-tikmix u ġilda mdendla.

‘Esthechoc’, l-isem li ngħatat din iċ-ċikulata li nħolqot minn xejntisti mill-Università ta’ Cambridge, jingħad li hi għolja fil-livelli antiossidant u li żżid iċ-ċirkolazzjoni, dan sabiex jiġi evitat tikmix u żżomm il-ġilda tidher aktar żagħżugħa.

Dawk li ħolqu din iċ-ċikkulata, qalu li din jaf tbiddel il-ġilda ta’ bniedem ta’ età ta’ bejn il-50 jew 60 sena, għal ġilda tidher u tinħass bħal ta’ persuna ta’ 20 jew 30 sena. Testijiet urew li wara erba’ ġimgħat minn meta bdew jieklu din iċ-ċikkulata, il-volontiera li ppruvaw din iċ-ċikkulata kellhom inqas infjammazzjoni fid-demm tagħhom u żieda fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm.

“Qed nagħmlu użu mill-istess antiossidi li jżommu lill-goldfish u l-fjamingi roża,” qal wieħed mit-tobba li ħoloq din iċ-ċikkulata.

Hu qal li l-ewwel riżultati diġà wrew titjib fid-dehra tal-ġilda, allavolja għad hemm fuq xiex itejbu. Peress li din iċ-ċikkulata għandha biss 38 kalloriji, qed jingħad li jaf tkun tajba wkoll għal persuni li huma dijabetiċi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend