It-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel tal-istat – One News

Notifiki

It-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel tal-istat

 

Matul dawn l-ahhar jiem qamet kontroversja rigward l-introduzzjoni tat-tagħlim tar-reliġjon Iżlamika fl-iskejjel. Qrajt diversi kummenti, uħud razzjali filwaqt li ohrajn patriottici jew saħansitra iżeffnu l-kultura u l-kostituzzjoni fin-nofs, jew ‘għax dejjem għamilna hekk qabel’, kważi ġlieda bejn iż-żewġ reliġjonijijet. Jien kontra din l-introduzzjoni ta’ tagħlim, mhux għax jien kontra l-Iżlam, iżda jien kontra li nibqgħu nagħlmu kwalunkwe reliġjon fl-iskejjel tal-iStat, u dan jinkludi t-tip ta’ reliġjon mgħallem bħalissa. Fl-istess waqt huwa tajjeb li xorta waħda jkun hemm għarfien bażiku tad-diversi reliġjonijiet u twemmin li hawn fid-dinja mhux bħala indottrinazzjoni imma bħala “general knowledge”.

Ma nħossx li l-iskejjel għandhom jibqgħu b’sistema patrijarka fejn l-istudenti huma esposti għall-lezzjoni ta’ reliġjon waħda.

Jien favur li dan is-suġġett ibiddel il-portafoll tiegħu, fejn il-kontenut ikun imqassam fuq perjodi ta’ diversi snin, b’mod progressiv, li jkun immirat sabiex jiżviluppa lill-istudenti għall-ġid tas-socjetà. Dan jista’ jintlaħaq billi jkunu diskussi materji ta’ etika, morali u anki spiritwalità tal-individwu.

Il-lezzjoni tar-reliġjon għandha tinbidel f’wahda li tgħin lill-individwu jiżviluppa fil-hsieb, li jkun kritiku u analtiku filwaqt li kapaċi jgħaraf t-tajjeb ta’ soċjeta’ moderna li kulma tmur dejjem qed tithallat. Irridu niefqu inħarsu lejn pajjiżna, din il-blata, bħala ċ-ċentru, tad-dinja. F’dinja globalizzata u bil-faċilità tal-mobbilta’ tal-persuni, irridu nkunu dejjem lesti biex naħdmu ma’ kulturi differenti. Id-dinja m’hiex komposta minn reliġjon waħda. L-għarfien tar-reliġjonijiet differenti, kulturi u drawwiet tgħin biex issawwar iktar lill-individwu b’mod ħolistiku.

Is-soċjetà Maltija qed tilqa’ fiha diversi kulturi, nazzjonalitajiet u anki Maltin stess li jgħażlu li jgħixu ħajja spiritwali li m’hiex necessarjament marbuta mar-reliġjon Kattolika Rumana. Allura dawn in-nies mhumiex ċittadini tajbin?

Allura lil dawn l-istudenti se ngħidulhom biex joħorġu mill-klassi sakemm issir lezzjoni tar-reliġjon, jew inkella nibgħatuhom fi klassi oħra bhal donnhom għandhom xi haġa inferjuri?

Kull individwu għandu jkollu l-libertà li jgħażel liema triq ta’ twemmin irid isegwi. L-iskola għandha tkun post fejn tgħallem u tgħaqqad lill-membri tas-soċjetà u mhux teskludihom. Ħafna jgħidu li huma kapaċi jittolleraw lil ħaddieħor. Għalija li tittollera mhux biżżejjed. Irridu nitgħalmu nirrispettaw lil xulxin anki fid-differenzi ta’ bejnietna. Hemm differenza bejn kapaċi tittollera għal li tirrispetta persuna.

Nemmen bis-sħiħ fit-tagħlim tar-reliġjon, iżda ma narax li dan għandu jkun id-dover tal-iskola. Ir-reliġjon (tkun liema tkun) għandha tkun mgħallma mill-istituzzjonijiet apposta (bħad-duttrina), fejn l-individwu jkun jista’ jsegwi liema tagħlim spiritwali jrid, abbażi tal-valuri w t-twemmin li jkun iħaddan. Min-naħa l-ohra, l-iskola għandha tiffoka fuq il-materji l-oħra akkademiċi kif ukoll fl-iżvilupp tal-ħsieb, tal-valuri u tal-morali tal-istudenti tagħha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss
Chris Balzia għandu 30 sena u jgħix Birżebbuġa. Studja l-inginerija tal-avjazzjoni fil-kulleġġ tal-MCAST. Waqt li kien qed jaħdem f’dan is-settur, reġa’ ssokta bl-istudju tiegħu fejn ggradwa mill-Università ta’ Londra b’Diploma fl-Ekonomija. Bħalissa jinsab għaddej bl-istudji tiegħu għal Degree fil-Management. L-attiviżmu politiku minn dejjem kien jinteressaħ u jassoċja ruħu mal-ideali poltiċi xelluġin. Matul il-hajja studenteska tiegħu kien attiv mal-għaqda Pulse fejn anki serva għal diversi snin fl-eżekuttiv tal- għaqda. L-impenn politiku kompla bl-involviment fil-fergħa tal-Forum Żgħażagħ Laburisti ta’ Birżebbuġa u fl-eżekuttiv tal-FZL mill-2011 sa Frar tal-2016. Apparti l-interess fil-politika, impenn ieħor għal qalbu huwa l-iScouting. Chris ilu membru tal-iScouts mill-eta’ ta' sebgħa snin u baqa’ attiv fl-istess assoċjazzjoni fejn bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Scout Leader mall-grupp ta' Birżebbuġa.

2 Comments

  1. FILWAQT li naqbel li mill iskejjel ghandu jinqata r religjon u tigi mghallma l lezzjoni ta l etika biss li diga qedgha tigi mghallma imma tkun fis sillabus ghal istudenti kollha ….. fejn ma naqbilx ma min kiteb dan kollu huwa l parti ta fejn qal li ghandna nhallu l uliedna jghazlu t twemmin … jien hekk ta l opinjoni wkoll imma … kemm il musulman huwa fil liberta li jghazel ir religjoni hu jew hi .. mara lanqas biss tista tizzewweg kattoliku ahseb u ara taqleb ir religjon jew thalli l ulieda li jghazlu .. ragel jizzewweg kattolika u jekk jista jkun taqleb musulmana u t tfal taghhom jitilaw musulmani u mhux kattolici .. naf li hawn min jghallimom iz zewg religjonijiet imma kemm hawn ? filwaqt li nerga nsostni li r religjon kattolika qedgha tigi mghallma fil muzewijiet u ghat tfal dan huwa bizzejjed filwaqt li naraw anke tfal li jmorru l quddies mal genituri fejn jisimaw il kelma t Alla kif inhu xieraq ghalhekk fl iskejjel fejn qed ikun hawn izjed minn religjon wahda u mhux dik biss kattolika jew musulmana .. ghandu jkun hemm biss is sillabus u l lezzjoni tas suggett ta l etika …….. kollox huwa iebes kull bidu sakemm jindara .. grazzi

  2. Naqbel li r-religjon jitnehha minn fuq il-kurikulu. Ghandna bizzejjed MUSEUM, DUTRINA< LEGION of MARY, Azzjoni Kattolika u ohrajn biex jghalmu r-religjon. Il-Musulmani take care of their own.
    Imissu jkun l-arcisqof li jitlob it-tnehhija tar-religjon mill-kurikulu waqt li jekk ihoss ghandu jzomm is-suggett fil-knejjes tal-knisja ghandhom dritt jghamlu dan.
    Ma nafx it-tghalim tar-religjon personalment fejn wassalni f'hajti, aktar taghlimt mill-ghaqdiet u bhala abati milli mill-iskola.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend