Notifiki

€100,000 biex min għandu ideat fis-settur marittimu jiżviluppahom

Kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Malta Marittima u l-Università ta’ Malta wasslet għat-tnedija tal-Maritime Seed Award.

B’allokazzjoni ta’ €100,000 mill-Ministeru għall-Kompettività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, qed issir sejħa kompetittiva lill-innovaturi u intraprendituri interessati li jqarrbu l-ideat tagħhom lejn il-kummerċjalizzazzjoni.

Waqt konferenza aktar kmieni llum, tnediet ukoll il-Pjattaforma Marittima tal-Università ta’ Malta, li għandha l-għan li tilqa’ l-isfidi, il-bżonnijiet u s-servizzi relatati mal-baħar, dan biex tpoġġi lill-Universitża bi rwol aktar effettiv f’inizjattivi marittimi lokali u internazzjonali.
L-applikazzjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu sat-Tlieta 25 ta’ April. Għal aktar dettalji wieħed jista’ jżur www.takeoff.org.mt
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend