Notifiki

Artiklu ta’ sentejn ilu…u l-Maltin għadhom isaqsu għal “happy ending”

Artiklu li deher sena u nofs ilu fil-paġna livinginmalta.com dwar il-popolarità ta’ ħwienet tal-massaġġi spiċċa serva bħala post fejn irġiel u nisa Maltin irriklamaw dak li jixtiequ u dak li kapaċi joffru.

Fatt interessanti hu li minkejja li għaddew sentejn minn fuq dan l-artiklu, għadhom qed jiktbu nies sal-ġurnata ta’ llum. Mhux qed jitolbu biss is-servizz tal-massaġġi imma wkol servizz komplut bil-happy ending.

Kienet ‘Samantha’ li f’Awwissu 2015 bdiet tikkummenta u qalet li min jixtieq is-servizz tagħha fil-kumdità tad-dar tiegħu għall-prezz ta’ €50 għandu jagħmel kuntatt. Minn hemm, il-kummenti ma waqfux, kemm minn irġiel u kemm minn nisa.

Kien hemm min anke ppubblika l-indirizz tal-email tiegħu u talab servizz ta massaġġi erotiċi.  Saħansitra ‘Joe’ mill-Mellieħa staqsa kemm jiswa massaġġ erotiku ta’ siegħa u li kemm jista jkun tikkuntatjah malajr.

‘Mento’ ikkummenta li jipprovdi massaġġi lin-nisa u koppji u kiteb fejt jistgħu jikkuntatjawh.

                        

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend