Notifiki

Żomm għajnejk fuq it-triq għas-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti!


Tnediet kampanja biex titqajjem kuxjenza dwar il-perikli li jiltaqgħu magħhom is-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti, kampanja li tħejjiet minn Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq.Dawn huma s-sewwieqa l-aktar involuti f’aċċidenti serji, għalkemm huma ħafna inqas fin-numru. Fl-2016, 6% biss tal-vetturi rreġistrati Malta kienu muturi iżda 40% tal-fatalitajiet kienu sewwieqa tal-muturi, disgħa tilfu ħajjithom.  Wieħed minn kull tlieta li weġġgħu serjament kien sewwieq ta’ mutur.Għal dan il-għan, Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq iddeċidew li jiffukaw kampanja dwar l-interazzjoni fit-triq bejn is-sewwieqa tal-muturi, tal-karozzi u ċ-ċiklisti.  Il-kampanja tindirizza kemm lis-sewwieqa tal-muturi u r-roti kif ukoll tal-karozzi.  TM qed titlob lis-sewwieqa tal-muturi biex joqgħodu attenti u jkunu lesti għal kull manuvra fit-toroq, biex jilbsu ilbies protettiv u ma jsuqux b’mod eċċessiv.  Il-kampanja tindirizza wkoll lis-sewwieqa tal-karozzi. Is-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti huma aktar diffiċli biex tarhom u għalhekk aktar vulnerabbli.  Għaldaqstant, il-kampanja titlob lis-sewwieqa tal-karozzi biex isuqu b’attenzjoni u jżommu d-distanza.

Il-muturi u ċ-ċikliżmu qed isiru popolari f’Malta.  Transport Malta hija kommessa li, fejn hu possibbli, tħares aħjar dawn il-mezzi tat-trasport fid-disinn tal-infrastruttura fil-futur.  ‘Motorcycle strips’ ġew introdotti għall-ewwel darba waqt l-implimentazzjoni ta’ Triq il-Kosta u aktar motorcycle strips u crash barriers se jsiru element iktar regolari fl-għamara tat-triq.

Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq, ser ikomplu jaħdmu biex tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq u appellaw lis-sewwieqa kollha biex jirrispettaw lilhom infushom u lil xulxin biex t-toroq tagħna jkunu aktar siguri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend