Notifiki

Jgħixu ħajja sempliċi u għandhom l-aktar qlub b’saħħithom fid-dinja

L-aktar qlub b’saħħithom minn madwar id-dinja sa fl-aħħar instabu fil-foresti ta’ Bolivia, dan skont riċerkaturi.

Nies minn foresti f’Bolivia, li jissejħu Tsimane, ma wrew l-ebda sinjali li qatt kellhom arterji mblu – anke ta’ età kbira, wera dan studju li sar f’Lancet.

“Hi popolazzjoni inkredibbli” b’dieti differenti u b’mod radikali, b’ħajja ferm differenti, qalu r-riċerkaturi.

Din hi popolazzjoni ta’ madwar 16,000 Tsimane li jikkaċċjaw, jistadu u kif ukoll ikabru l-ikel tagħhom stess mix-xmara Maniqui fl-Amazon rainforest.

Il-mod ta’ kif jgħixu jista’ jiġi mqabbel bħala għixin simili taċ-ċivilizzazzjoni ta’ eluf ta’ snin ilu. Meta wieħed iħares x’tip ta’ ħajja jgħixu m’hi xejn ħlief iddeskrivita bħala waħda sempliċi. Bl-irġiel jimxu madwar 17,000 pass kuljum, n-nisa jimxu madwar 16,000 pass u l-anzjani jimxu madwar 15,000 ipoġġu lil dawk li lanqas biss jirnexxilhom jimxu 10,000 pass f’pużizzjoni skomda.

Meta r-riċerkaturi segwew id-dieta tagħhom, ġie stabbilit li fil-maġġoranza tagħha, l-enerġija li għandhom iġibu 72% minnha mill-karboidrati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend