Dwar xhiex skuża ruħu Mario De Marco? – One News

Notifiki

Dwar xhiex skuża ruħu Mario De Marco?

Id-deputat Kap tal-PN Mario De Marco nnegozja t-termini tal-ħlas tal-valutazzjoni ta’ €60 miljun tal-art tal-ITS. Fi kliem il-Partit Laburista, dan ma jistax jiċħdu.

De Marco rrinunzja l-brief wara li l-kuntratt ġie ffirmat. Qed jipprova jgħid li dak li nnegozja hu kien irregolari?

Il-verita’ hi li De Marco nqabad u ġie mġiegħel jiskuża ruħu. L-istqarrija tgħid, li dan għax jaf li kollox mexa kif suppost, u għax kien involut, allura ma jistax jitkellem kontra l-proġett.

Iktar minn hekk, De Marco spiċċa vittma tal-froġa ta’ Busuttil li minn wara dahar De Marco stess innegozja mal-kumpanija privata biex ikollu l-paga tal-ogħla żewġ karigi fil-partit imħallsin bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

Jekk De Marco skuża ruħu ta’ xi ħaġa li hu stess innegozja, x’missu jagħmel Busuttil li daħħal lill-partit fi skandlu ta’ ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti?

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. MDM skuza ruhu talli ghamel xogholu? Vera qed jaghmel minn kollox biex izomm postu. Ghadni ma nistax nifhem kif Busuttil ma jisthix jidher quddiem in- nies Pero’.

  2. DeMarco should be ashamed of himself for not being man enough to stand by his original decisions.
    But Busuttil should make himself disappear in thin air for damaging the political game and rendering it in such a dirty state.

  3. Double standards ohra…Dr Demarco jkollu jirrezenja –l-aghar li jpaxxi lis-sahhara mammamia tal-bidnija !

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend