Simon Busuttil ma jistax jibqa’ sieket; għandu jippubblika l-invoices minnufih – One News

Notifiki

Simon Busuttil ma jistax jibqa’ sieket; għandu jippubblika l-invoices minnufih

Quddiem l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali li se tinvestiga l-Iskema Pagi tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ma jistax jiqba’ sieket.

Dan kien il-qofol ta’ konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Partit Laburista mill-Ministru Owen Bonnici u Dr Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-Ministru Bonnici qal li f’dan il-każ hemm ksur serju tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Spjega li hija ċara fil-liġi li min jagħti flus lill-Media.link ikun tagħhom lill-Partit Nazzjonalista. Il-Ministru żied jgħid li llum il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jagħti x’jifhem li l-Kummissjoni Elettorali qed tinvestiga lill-Partit Nazzjonalista. Dan iddeskrivih bħala aġir fjakk u miskin, u sar bħala reazzjoni biex jagħtti lil tad-DB. “Huwa attakk iddisprat minn tal-PN” stqarr Bonnici, u sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jiffoka fuq il-każ tad-DB, li jibda u jispiċċa ma’ Simon Busuttil.

L-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi qal li minkejja li l-Partit Nazzjonalista qabel mal-liġi tal-finanzjament tal-partit fil-Parlament, xorta sab il-mezzi kif idur mal-liġi.
L-ewwel bi skema ċedoli li taħbi min isellef il-flus lill-PN, u issa bl-storja ta’ DB li tmur kontra l-ispirtu tal-liġi tal-finanzjament tal-partit. Appella biex Busuttil jippublika l-invoices u jiċċara l-affarijiet. Iddikjara li Busuttil huwa falz u ma jistax jittieħed bis-serjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend