Joħolqu filmat fejn Hitler jaħlef li se jerġa’ jibni t-Tieqa tad-Dwejra – One News

Notifiki

Joħolqu filmat fejn Hitler jaħlef li se jerġa’ jibni t-Tieqa tad-Dwejra

Minn meta ġġarfet it-Tieqa tad-Dwejra, ma waqfux l-ispekulazzjonijiet hux se terġa’ tinbena jew le. Kien hemm min malajr bniha permezz tad-dinja virtwali. Bl-għodda fuq l-internet tista’ tagħmel minn kollox. Saħansitra tuża film dwar Hitler, u bis-sottotitoli tagħmlu jaħlef li se jerġa’ jibni t-Tieqa.

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri silta mill-filmat oriġinali Der Untergang – ‘The Downfall’ fejn fih tiġi rrakkontata l-istorja ta’ Hitler meta sar jaf li qed jitlef il-gwerra f’Berlin. Filwaqt li juri propju dik ix-xena, is-sottotitoli ta’ taħt huma ferm differenti minn dak mistenni, dan hekk kif ġew miktuba daqslikieku Hitler qed jitkellem dwar it-Tieqa tad-Dwejra, dwar kemm jinsab iddispjaċut bit-tiġrif tagħha u kif għandu pjan li se jerġa’ jibniha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend