FRANZA: kap ta’ skola midrub; żagħżugħ terrorist maħrub – One News

Notifiki

FRANZA: kap ta’ skola midrub; żagħżugħ terrorist maħrub

Sparar fi skola fi Franza wassal biex żewġ persuni jinsabu midurba. Aktarx li waħda minn dawn il-persuni huwa l-kap tal-iskola, Hervé Pizzinat.

Żagħżugħ ġie arrestat u raġel ieħor jinsab maħrub. Hu mifhum li l-arrestat għandu 17-il sena u kien student tal-iskola. Huwa kellu żewp revolvers, rifle tal-kaċċa u grenades.

L-inċident seħħ fin-nofsinhar tal-pajjiż, fil-belt Grasse. L-iskola jisimha Tocqueville. Gruppi kontra t-terrorisżmu jinsabu għaddejjin b’ħidma bħalissa, filwaqt li l-Gverb  bagħat twissija ta’ attakk terroristiku permezz ta’ app, fuq il-mobiles taċ-ċittadini. L-iskejjel kollha fiz-zona ta’ Nice jinsabu magħluqa.

Atkar dettalji u aġġornamenti dwar il-midruba fil-ħin li ġej.

The Alexis de Tocqueville high school in Grasse, France, where the gunman opened fire

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend