Anzjan ta’ 84 sena jittajjar fil-Gżira – isofri ġrieħi gravi – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 84 sena jittajjar fil-Gżira – isofri ġrieħi gravi

Anzjan ta’ 84 sena sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fil-Gżira

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu fi Triq il-Gżira, Gżira.

Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru fuq il-post, irriżulta li raġel ta’ 84 sena residenti l-Gżira safa’ milqut minn vettura tat-tip Citroen Berlingo li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 52 sena wkoll residenti l-Gżira.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend