Ġieli waqaft ġirja tixtri u kif ħriġt sibt ċitazzjoni? – il-Gvern b’inizjattiva favurik – One News

Notifiki

Ġieli waqaft ġirja tixtri u kif ħriġt sibt ċitazzjoni? – il-Gvern b’inizjattiva favurik

Ġieli ġratlek li waqaft b’ħarba tixtri xi ħaġa, u kif ħriġt mill-ħanut sibt ċitazzjoni  mal-karozza? Issa l-Gvern nieda sistema ta’ biljetti ta’ twissija – karta safra jekk nużaw il-metafora tal-futbol –  dan għax il-Gvern irid li s-sistema ta’ infurzar toffri opportunità lil dak li jkun biex jirregola lilu nnifsu.

“Irridu nżommu d-dixxiplina anke fit-twissija. Għalhekk smajna t-talba tan-nies u issa għandna programm ta’ biljetti ta’ twissija li se jibdew jinħarġu minn għada stess. Dan il-biljett ta’ twissija jista’ jingħata fuq  Silencer difettuż, dawl ma jaħdimx, parkeġġ illegali, fanal imkisser, liċenzja mhux mwaħħla u vettura mhux kundizzjoni tajba għat-triq.”


Qal dan kollu s-Segretarju Parlamentari, Stefan Buontempo. Hu spjega kif  b’din is-sistema se jonqsu ċ-ċitazzjonijiet, qal li fi sbatax-il xahar l-aġenzija għas-servizzi tal-infurzar lokali ħarġet madwar 28,000 ċitazzjoni fuq reati simili bit-total ikun ta’ €700,000.

Kompla billi qal li issa grazzi għal din l-inizjattiva dawk il-flus se jkunu qed jibqgħu fil-bwiet tan-nies.

Ray Zammir, il-Kap Eżekuttiv ta L.E.S.A qal li din is-sistmea tħaddmet wara li l-LESA analizzat sitwazzjonijiet differenti fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Hu qal li b’din l-inizjattiva, se tkun qed tikber id-dixxiplina.

Ġie spjegat ukoll kif il-biljett ta’ twissija se jkun qed jiġi mweħħel mal-vettura u wara jkun imniżżel bħala rapport fis-sistema tal-LESA.

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. Bħal dan il-ka ġrali l-istess is-sena l-oħra waqaf ħdejn trakk li kien ipparkjat permanenti jservi ta’ freezer. Veru li b’hekk kont double parking. Biss tħalt inħallas kont għand tal-ħanut. Domt kemm? 5 minuti, forsi? Ħridġt u nsib ċitazzjoni. Fatat kien minn tagħili, għax lanqas b’nemes ma kien jidher.

    1. JIEN GRALI HEKK WKOLL KONT IPARKJAT BIL QEDA FIL KAROZZA U RAJT WARDEN GHADEJ BIL MUTUR LANQAS BIS WAQAF GHADA ZIFFA RIH MIN MAGENBI U JUMEJN WARA IRCEVEJT IC CITAZJONI BIL POSTA

  2. Dan loghob bil bzallu u iktar se johloq tahwid.Il wardens ghadhom bil mentalita li jistahbew.Sa dal ghodu stess rajt dawn il manuvri.L Inglizi jghidu li ,you can take a horse to the water but etc etc

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend