Min iħaddem se jkollu dritt iżomm ħaddiema milli jilbsu l-velu – One News

Notifiki

Min iħaddem se jkollu dritt iżomm ħaddiema milli jilbsu l-velu

Il-Qorti Ewropea ddeċidiet li min iħaddem għandu dritt iżomm ħaddiema milli jilbsu l-velu.

Din il-projbizzjoni għandha tkun imniżżla fir-regoli interna tal-kumpanija fejn ikun hemm imniżżel li l-kumpanija tirrikjedi lill-ħaddiema jilbsu “b’mod newtrali”.

Dan wara li numru ta’ pajjiżi Ewropej ħadu l-inizjattiva għal rashom u daħħlu numru ta’ projbizzjonijiet dwar dan it-tip ta’ lbies f’postijiet pubbliċi

Din hi l-ewwel deċiżjoni li l-Qorti ħadet dwar l-ilbies ta’ velu relatat mar-reliġjon Iżlamika, fuq il-post tax-xogħol.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Meta se tiġi emendata l-liġi biex il-Burqa u lbies ieħor li jgħatti l-wiċċ jiġi espressament illegali għalkemm diġa’ huwa hekk?
    Jekk jien nipprova nidħol ġo bank bl’elmu tal-mutur jew nuċċali tax-xema nitwaqqaf u xi liebes il-Burqa jitħalla jidħol.
    Min jaf min ikun hemm wara l-Burqa?
    Min jaf jekk ikunx armat?
    Din diskriminazzjoni mal-Maltin u hemm bżonn li ISSA jiġi speċifikat fil-liġi li l-Burqa u kull għata ieħor tal-wiċċ huwa ILLEGALI għax xbajna niġu ttrattati ta’ ċittadini tat-tieni klassi u barranin jitħallew jagħmlu li jridu bl-iskuża tar-reliġjon tagħhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend