L-imqarrun ta’ Tom minn Londra – One News

Notifiki

L-imqarrun ta’ Tom minn Londra

“Fil-kċina ma’ Tom” hija frażi li ġieli Thomas Camilleri kanta magħha anke speċi ta’ kanzunetta qasira . Tom qed jgħix f’Londra, f’dak li ddeskriva mal-għaqda Universitarja Insiter, bħala “lunchbox of an apartment”. Il-post huwa żgħir ħafna, li tipikament issib f’Londra, iżda bid-differenza li fih it-tisjijr ma jieqafx. Tom jinsab Londra għax qed jistudja f’livell ta’ Masters dwar Drug Design.

Il-filmati li kontinwament jitfa’ fuq YouTube jixbħu programmi ta’ tisjijr li tant naraw fuq it-televiżjoni Maltija.

Mal-Insiter qal li hu u jgħix waħdu, ġietu serata meta ma kellux wisq x’jagħmel u kellu ħafna ġuħ. Iddeċieda jara x’isarraf fil-kċina, u minn hemm bdiet storja ta’ mħabba lejn dak kollu li hu tisjijr.  Minn imqarrun għal ikel tipikament Indjan…Tom sar  segwit u maħbub għall-ikel tiegħu daqs kemm għas-simpatija tiegħu.

L-intervista sħiħa mal-Insiter issibha hawn u l-YouTube channel ta’ Tom hawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend