L-aħħar xahar tal-HFO… fi Gvern Li Jisma’ iktar aħbarijiet pożittivi – One News

Notifiki

L-aħħar xahar tal-HFO… fi Gvern Li Jisma’ iktar aħbarijiet pożittivi

Żewġ Ministri u Segretarju Parlamentari indirizzaw folla mdaqqsa waqt Gvern li Jisma’. Kellhom aħbarijiet pożittivi xi jwasslu lil dawk preżenti filwaqt li semgħu s-sodisfazzjon tan-nies għal diversi miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar erba’ snin. Dehru wkoll tranwkilli ħafna meta tmien persuni mill-Moviment Graffiti għażlu din il-laqgħa biex jipprotestaw kontra t-trasferiment ta’ art pubblika għall-investiment. Fejn fost oħrajn semmew trasferimenti ta’ art li saru fuq medda kbira ta’ snin taħt kull amministrazzjoni.

Il-Ministru Konrad Mizzi, mhux biss spjega fuq dan il-punt, iżda ħabbar li sax-xahar id-dieħel ikun telaq għal kollox l-użu tal-Heavy Fuel Oil minn Dellimara. Fil-laqgħa bit-tema ‘Ninvestu fl-Infrastruttura’, Konrad Mizzi ħabbar li erba’ turbini oħra li jaħdmu bl-HFO se jaqilbu għall-gass fi ftit ġranet.

Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li sa Settembru se jibda x-xogħol fuq il-breakwater f’Marsaxlokk biex sa fl-aħħar se tinstema’ l-karba tas-sajjieda Xlukkajri. Din hi inizjattiva oħra li tingħaqad mal-€5 miljuni investiment fil-Biċċerija u investiment ta’ aktar minn nofs miljun fil-Pitkalija.

Il-Ministru Joe Mizzi tkellem dwar is-suċċessi diversi tal-Ministeru tiegħu u kellu kliem ta’ tifħir għall-ħaddiema. Innota kif il-ħaddiema kienu kruċjali għal dawn is-suċċessi. Fosthom biex fl-aħħar erba’ snin saru proġetti li għal snin twal waqgħu lura fosthom il-Baċir Numru Wieħed, Triq Diċembru 13 u t-Terminal taċ-Ċirkewwa li llum huma lesti minn kollox. Tkellem ukoll fuq il-junction tal-Kappara, proġett ieħor li qabad ritmu tajjeb u għadd ta’ bidliet oħra li qed iwaslu biex iċ-ċittadin jinqeda aħjar anke fit-trasport pubbliku.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend