Notifiki

Sistema CCTV għal aktar sigurtà fis-Swieqi

Ġie iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi li se jkun qed jintroduċi proġett ġdid li jikkonsisti fl-installazzjoni ta’ sistema CCTV fil-lokalità tas-Swieqi. B’kollox se jkunu qed jiġu nstallati 22 kamera, fi Triq is-Swieqi, Triq il-Qasam u Triq is-sidra. Dan huma l-aktar tliet żoni fejn qed tiġi rrapportata kriminalità.

 Dan bl-għan li l-industrija tat-turiżmu li stabbiliet ruħha bħala l-pilastru ewlieni fl-ekonomija Maltija ma tissarrafx f’detriment għar-residenti ta’ żoni turistiċi.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, spjega li l-installazzjoni ta’ sistema ta’ CCTV fil-lokalità tas-Swieqi se jkun proġett pilota li se jwassal għal sistemi simili f’lokalitajiet oħra li jinsabu f’żoni turistiċi bl-oġġettiv ewlieni li r-residenti jkollhom sorveljanza kontinwa biex jiġi ndirizzat il-vandaliżmu fil-lokalità, tiżdied il-prevenzjoni tal-kriminalità u li jkun hemm aktar moniteraġġ.

Fl-indirizz tiegħu, l-Ministru Zammit Lewis elenka ukoll dwar numru ta’ proġetti varji fil-lokalità tas-Swieqi li mhux biss joffru aktar sigurtà, permezz ta’ l-installazzjoni ta’ CCTV kameras, iżda ukoll proġetti li jwasslu għal titjib fil-kwalità tal-ambjent urban u tisbiħ, b’invetiment totali ta’ €62,000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend