Notifiki

Samuel u l-ħabib tiegħu jitħallew barra; il-kelb gwida mhux aċċettat

Omm Samuel Farrugia, it-tifel li huwa nieqes mid-dawl u li seraq l-attenzjoni tal-bosta għall-kuraġġ tiegħu, esprimiet id-diżappunt tagħha għal fatt li ħarġa fi tmiem il-ġimgħa nbidlet f’ħolma kerha.

Dan hekk kif persuna li kienet mal-omm u t-tifel, li huwa ukoll nieqes mid-dawl, ma tħalliex jidħol f’numru ta’ restoranti għaliex miegħu kellu kelb gwida.

Tajjeb li wieħed ifakkar li dawn in-nies jużaw kelb bħala gwida biex ikunu jistgħu jagħmlu l-affarijiet ta’ kuljum u jiddependu ħafna fuq is-servizz ta’ dan il-kelb.

Filfatt, Mary Rose Farrugia esprimiet id-diżappunt tagħha quddiem dan kollu. Hija spjegat li pruvaw jidħlu f’numru ta’ restoranti, iżda t-tweġiba dejjem kienet “Le.”

Minkejja li l-omm flimkien mal-ħabib tagħhom, pruvaw jikkonvinċu lill-ħaddiema tar-restorant xorta waħda sabu bieb magħluq.

Hija spjegatilhom li l-kelb kien huwa ta’ neċċessità għal persuni neqsin mid-dawl u li kelb gwida huwa l-vista ta’ dawn il-persuni. L-0mm qalet li persuni nieqsa mid-dawl huma normali ukoll u ddeskrivit li dawn l-affarijiet huma inaċċettabbli.

Dan kien kliem l-omm fuq is-sit soċjali facebook: “This was utterly unacceptable. Blind people are normal people…..they have rights like me and you. Instead of empowering people, these things are undermining our society. It is a shameful attitude…. discrimination at its best….”

Ritratt: JJ Chircop 

Ta’ QabelLi Jmiss

15 Comments

  1. Nappella biex dawn it-tip ta’ klieb ‘Gwida’ jinghatghu status qishom bnedmin fejn jirrigwarda dhul f’postijiet , kemm ta’ divertiment , tal-ikel etc..

  2. Din il-kwistjoni kienet diġà qamet minħabba li kien hemm min ippretenda li l-kelb jitħalla man-nies fuq il-katamaran.
    Bir-rispett kollu u waqt li nammira lil Smauel għall-kuraġġ tiegħu, annimali mhux posthom f’restoranti u fejn ikun hemm l-ikel.
    Dan barra li mhux kulħadd jieħu pjaċir bl-annimali għax ikun jibża minnhom.
    Kelb bħal ta’ Samuel jista’ jitħalla barra fejn dawk li jkunu ma Samuel jew persuna oħra jkunu jistgħu jibqgħu jarawh.

    1. I pity Mr. John Cassar and the like. These people need to start learning something about the behaviour of guide dogs before they expres their opinion! These dogs behave much and much better than human beings and we, humans can all actually learn through them.
      It’s like asking a wheelchair user to leave the wheelchair out before you enter a shop/restaurant/church etc.
      The Association has a long way to go to raise awareness and educate the general public about guide dogs and the laws that are in force!

  3. Hemm bzonn li r-resturanti li ma hallewx lill Samuel jidhol ghax kien bil kelb gwida, dawn ghandhom jissemmew b’isimhom, halli jigi ibbojkotati min kulhadd. Ma jixirqulhomx ahjar min hekk. Hadd minnhom ma ghandu mard li jittiehed.

  4. In many places abroad these dogs along with the person concerned are accepted. Minister please facilitate things.

  5. Well let us start a campaign, just put a name to these establishments and will ask the general public to say their piece.

  6. Ahna dejjem bil kelb fejn immorru. Jekk ma jaccettawx tal hwienet li jdahluh no problem, insib min idahlu u hawn hafna sahansitra igibulu l ilma, u nqalla lira lilhom. Semplici, min tilef?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend